Language of document : ECLI:EU:T:2009:380





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2009 – Ċipru vs Il‑Kummissjoni

(Kawżi magħquda T‑300/05 u T‑316/05)

“Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri tranżitorji li għandhom jiġu adottati minħabba l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda – Regolament (KE) Nru 651/2005 li jistabbilixxi miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Dewmien – Emenda ta’ dispożizzjoni ta’ regolament – Preżentata mill-ġdid tar-rikors kontra din id-dispożizzjoni u kontra d-dispożizzjonijiet kollha li flimkien magħha jifformaw grupp wieħed ta’ regoli – Inammissibbiltà – Regolament (KE) Nru 832/2005 dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Kompetenza – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Aspettattivi leġittimi – Rikors għal annullament – Proporzjonalità – Motivazzjoni – Nuqqas ta’ retroattività – Kolleġjalità”

1.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunitajiet – Att ta’ Adeżjoni tal-2003 – Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Artikolu 41(1) u Anness IV,  punt 4; Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004) (ara l‑punti 52‑61)

2.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunitajiet – Att ta’ Adeżjoni tal-2003 – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Artikolu 41(1) u Anness IV, punt 4; Regolament tal-Kunsill Nru 1260/2001; Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 63‑75)

3.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunitajiet – Att ta’ Adeżjoni tal-2003 – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV,  punt 4; Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004) (ara l-punti 102, 103)

4.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Implementazzjoni fis-settur taz-zokkor – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni (ara l-punti 168, 169)

5.                     Adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda fil-Komunitajiet – Att ta’ Adeżjoni tal-2003 – Agrikoltura – Organizzazzjoni komuni tas-swieq – Miżuri tranżitorji fis-settur taz-zokkor (Att ta’ Adeżjoni tal-2003, Anness IV, punt 4(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 60/2004, Artikolu 6(1)(ċ)) (ara l‑punti 179‑183)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Teħid inkunsiderazzjoni tal-kuntest u tal-fatti preċedenti (Artikolu 253 KE; Att ta’ Adeżjoni tal-2003; Regolament tal-Kummissjoni Nru 832/2005) (ara l‑punti 187‑189, 195‑197)

7.                     Proċedura – Intervent – Rikors intiż li jsostni t-talbiet ta’ waħda mill-partijiet imma li jiżviluppa argumenti oħrajn – Ammissibbiltà – Libertà ta’ għażla tal-motivi invokati – Portata (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 116(4)) (ara l-punti 203‑206)

8.                     Kummissjoni – Prinċipju ta’ kolleġjalità – Implikazzjonijiet – Użu ta’ sistema ta’ awtorizzazzjoni għall-adozzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni u ta’ amministrazzjoni (Artikoli 213 KE, 217(1) KE u 219 KE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 832/2005) (ara l-punti 211‑214, 224)

9.                     Rikors għal annullament – Termini – Dekadenza – Kunċett – Emenda mhux sostanzjali ta’ dispożizzjonijiet ta’ att preċedenti definittiv – Inklużjoni (il‑ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 270‑272)

Suġġett

Fil-Kawża T‑300/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 651/2005, tat-28 ta’ April 2005, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 60/2004 li jistabbilixxi miżuri transitorji fis-settur taz-zokkor bħala riżultat tad-dħul tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 306M, p. 222), u, fil-Kawża T‑316/05, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 832/2005, tal-31 ta’ Mejju 2005, dwar id-determinazzjoni tal-kwantitajiet żejda ta’ zokkor, isoglukożju u fruttożju għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (ĠU L 330M, p. 176).

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-Repubblika ta’Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kummissjoni.

3)

Ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika tal-Latvja għandhom ibatu l‑ispejjeż tagħhom.