Rikors ippreżentat fit-3 ta' Ġunju 2009 - ERGO Versicherungsgruppe vs UASI - Société de Développement et de Recherche Industrielle (ERGO)
(Kawża T-220/09)
Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: ERGO Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: V. von Bomhard, A. Renck, T. Dolde u J. Pause, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société de Développement et de Recherche Industrielle SAS (Chenôve, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni R 515/2008-4 tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-20 ta' Marzu 2009, u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "ERGO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3 u 5 (Applikazzjoni Nru 3 292 638)
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Société de Développement et de Recherche Industrielle SAS
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali "URGO" għal prodotti fil-klassijiet 3 u 5 (Trade mark Komunitarja Nru 989 863)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1) għaliex ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.
____________1 - Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. ).