Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 – Thesing u Bloomberg Finance vs BĊE
(Kawża T-590/10)
“Aċċess għal dokumenti — Deċiżjoni 2004/258/KE — Dokumenti relatati mad-dejn pubbliku u mad-defiċit pubbliku ta’ Stat Membru — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni dwar il-politika ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru — Rifjut parzjali ta’ aċċess”
1. Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Preżentata ta’ rikors wieħed minn żewġ rikorrenti — Ammissibbiltà tar-rikors ta’ wieħed mir-rikorrenti — Neċessità li tiġi eżaminata l-ammissibbiltà tar-rikors fir-rigward tat-tieni rikorrent — Assenza (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 19)
2. Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Ġurisdizzjoni sħiħa — Ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 21)
3. Proċedura ġudizzjarja — Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża — Kundizzjonijiet — Estensjoni ta’ motiv eżistenti — Ammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 24-26)
4. Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Argumentazzjoni dwar l-għoti ta’ aċċess parzjali għal dokumenti tal-Bank Ċentrali Ewropew — Argumentazzjoni ppreżentata għall-ewwel darba fir-risposta — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(c); Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, Artikolu 4(1) sa (3) u (5)) (ara l-punti 29-34)
5. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ aċċess — Obbligu ta’ motivazzjoni — Portata (Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, Artikolu 4(1)) (ara l-punti 40-42)
6. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata — Limiti (Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, Artikolu 4(1)(a)) (ara l-punti 43, 44)
7. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropea 2004/258 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Natura imperattiva — Ibbilanċjar ma’ interess pubbliku superjuri — Assenza (Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, Artikolu 4(1)(a)) (ara l-punt 45)
8. Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258 — Eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għal dokumenti — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru — Rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti relatati mad-dejn pubbliku u mad-defiċit tar-Repubblika Ellenika — Ammissibbiltà — Ksur tad-dritt tal-libertà ta’ espressjoni — Assenza (Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew 2004/258, Artikolu 4(1)(a)) (ara l-punti 55-65, 73-75, 80)
9. Drittijiet fundamentali — Libertà ta’ espressjoni — Rikonoxximent tal-Artikoli 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem — Tifsira u portata identiċi (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 11) (ara l-punti 71, 72)
Suġġett
| Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, ikkomunikata lil G. Thesing permezz ta’ ittra mill-President tal-BĊE fil-21 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad applikazzjoni ppreżentata minn G. Thesing sabiex tikseb aċċess għal żewġ dokumenti li jikkonċernaw id-defiċit u d-dejn pubbliku tar-Repubblika Ellenika. |
Dispożittiv
2) | | Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). |