Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Mejju 2010 - Abertis Infraestructuras vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/09) 1

"Rikors għal annullament - Konċentrazzjonijiet - Deċiżjoni li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 - Terminu għall-preżentata ta' rikors - Bidu tad-dekorrenza - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Abertis Infraestructuras, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentanti: M. Roca Junyent u P. Callol García, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-13 ta' Awwissu 2008, li tingħalaq il-proċedura miftuħa abbażi tal-Artikolu 21(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004, tal-20 ta' Jannar 2004, dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 40), fir-rigward ta' operazzjoni ta' konċentrazzjoni bejn ir-rikorrenti u Autostrade SpA (Każ COMP/M.4388 Albertis/Autostrade).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Abertis Infraestructuras, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 167, 18.7.2009.