Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Marzu 2013 - Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik vs UASI - Impexmetal (FŁT-1)

(Kawża T-571/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva FŁT-1 - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti FŁT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"]

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. (Kraśnik, il-Polonja) (rappreżentant: J. Sieklucki, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: K. Zajfert, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Impexmetal S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: K. Pyszków, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Ottubru 2010 (Każ R 1387/2009-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Impexmetal S.A. u Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Fabryka Łożysk Tocznych-Kraśnik S.A. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 63, 26.02.2011