Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2014 – Unister vs UASI (Ab in den Urlaub)

(Kawża T-273/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ab in den Urlaub – Trade mark li tikkonsisti fi slogan pubbliċitarju – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ prova ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u R. Pethke, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ April 2012 (Każ R 2150/2011-1), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Ab in den Urlaub bħala trade mark Komunitarja.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Unister GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.