Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 – Total vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-548/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xama’ tal-paraffin – Suq tal-gatsch – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-swieq – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ legalità tar-reati u tal-pieni – Preżunzjoni tal-innoċenza – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur –Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha – Influwenza determinanti eżerċitata mill-kumpannija parent – Preżunzjoni f’każ ta’ detenzjoni ta’ sehem viċin 100 %”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Total SA (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: É. Morgan de Rivery u A. Noël-Baron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u É. Gippini Fournier, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xama’ tax-xemgħa), kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tneħħija tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għal tnaqqis tal-ammont tagħha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Total SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 44, 21.02.2009.