Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 2014 – Hansen & Rosenthal u H&R Wax Company Vertrieb vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-544/08) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tax-xema’ tal-paraffin – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet – Prova ta’ ksur – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Drittijiet tad-difiża –– Gravità tal-ksur – Nuqqas ta’ retroattività – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hansen & Rosenthal KG (Hamburg, il-Ġermanja); u H&R Wax Company Vertrieb GmbH (Hamburg) (rappreżentanti: J. Schulte, A. Lober u M. Dallmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment R. Sauer u K. Mojzesowicz, sussegwentement M. Sauer u A. Antoniadis, aġenti)SuġġettPrinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5476 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.181 – Xema’ tax-xemgħa), f’dak li jikkonċerna r-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Hansen & Rosenthal KG u H&R Wax Company Vertrieb GmbH għand

hom ibat

u l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.