Language of document : ECLI:EU:T:2009:260





Digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-8 ta’ Lulju 2009 – Thoss vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-545/08)

“Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Dewmien – Nuqqas ta’ żball skużabbli – Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Proċedura - Tqassim tal-kompetenzi bejn id-diversi qrati Komunitarji - Rikors għal annullament ippreżentat minn membru tal-Qorti tal-Awdituri kontra deċiżjoni ta’ din l-istituzzjoni - Nuqqas ta’ kompetenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Artikolu 230 KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 8(2)) (ara l-punti 26, 27)

2.                     Proċedura - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Natura ta’ ordni pubbliku (ara l-punti 35, 36, 40)

3.                     Rikors għal annullament - Termini - Bidu tad-dekorrenza - Notifika (il‑ħames paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 41, 42)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri, tal-20 ta’ Marzu 2006, li ċċaħħad lir-rikorrenti, armla ta’ ex membru tal-Qorti tal-Awdituri, mill-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti peress li r-rekwiżit ta’ ħames snin żwieġ fil-mument tal-mewt ma kienx sodisfatt (kawża rreġistrata bir-referenza F‑46/08 u rrinvijata mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Thérèse Nicole Thoss hija kkundannata għall-ispejjeż.