Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ġunju 2010 - X Technology Swiss vs UASI (Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta' kalzetta)

(Kawża T-547/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta' kalzetta - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: X Technology Swiss GmbH (Wollerau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Herbertz u R. Jung, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: C. Jenewein u G. Schneider, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Ottubru 2008 (Każ R 846/2008-4), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal li jikkonsisti fl-għoti tal-kulur oranġjo lill-ponta ta' kalzetta bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    X Technology Swiss GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 55, 07.03.2009.