Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' April 2011 - TeamBank AG Nürnberg vs UASI - Fercredit Servizi Finanziari (f@ir Credit)

(Kawża T-220/11)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TeamBank AG Nürnberg (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Kiphuth, H. Lindner u D. Terheggen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fercredit Servizi Finanziari SpA (Ruma, L-Italja)

Talbiet tal-partijiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Frar 2011, fil-Każ R 719/2010-1,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "fa@ir Credit" għal servizzi fil-klassi 36 (Applikazzjoni Nru 6947766).

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Fercredit Servizi Finanziari SpA..

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: trade mark figurattiva "FERCREDIT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 12, 14, 16, 18, 25, 35, 36, 39, 41, 42, 43 u 44 (Trade mark Komunitarja Nru 3 749 801), fejn l-oppożizzjoni tirrigwarda r-reġistrazzjoni ta' servizzi fil-klassi 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 1, minħabba n-nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009, tas- 26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata), ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1