Language of document : ECLI:EU:C:2018:687





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 – Gmalieva et

(Kawża C-79/17) (1)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Logħob tal-ażżard – Monopolju tal-logħob tal-ażżard fi Stat Membru – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ magni tal-logħob mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi”

Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-operat ta’ magni tal-logħob mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet amministrattivi – Ġustifikazzjoni – Limitazzjoni tal-offerta tal-logħob tal-ażżard u ġlieda kontra l-kriminalità – Obbligu li jiġu ssodisfatti l-kundizzjonijiet ta’ proprozjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni – Kundizzjonijiet – Persegwiment reali ta’ dawn l-għanijiet, b’mod koerenti u sistematiku – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

(Artikolu 56 TFUE)

(ara l-punti 22-31 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fid-dawl tal-gwida mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, fis-sentenza tat-30 ta’ April 2014, Pfleger et (C‑390/12, EU:C:2014:281), jekk skema nazzjonali statutorja ta’ monopolju tal-logħob tal-ażżard, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhiex tiġi kklassifikata bħala koerenti fid-dawl tal-Artikolu 56 et seq. TFUE, meta proċedura ġudizzjarja nazzjonali tkun stabbilixxiet li:

–        id-dipendenza fuq il-logħob ma hijiex problema għas-soċjetà li tiġġustifika intervent mill-Istat;

–        il-logħob tal-ażżard ipprojbit jagħti biss lok għal ksur amministrattiv u mhux għal ksur kriminali,

–        id-dħul tal-Istat mil-logħob tal-ażżard jammonta għal iktar minn EUR 500 miljun fis-sena, jiġifieri 0.4 % tal-baġit annwali, u

–        il-miżuri promozzjonali tad-detenturi tal-liċenzji huma prinċipalment intiżi li jħajru lil persuni li qatt ma lagħbu qabel.


1 ĠU C 178, 6.6.2017.