Language of document : ECLI:EU:C:2014:2089





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 —
Reber Holding vs UASI


(Kawża C‑141/13 P) 1(1)

“Appell — Trade mark Komunitarja — Trade mark figurattiva Walzer Traum — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali nazzjonali Walzertraum — Kunċett ta’ użu ġenwin mit-trade mark — Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-deċiżjonijiet preċedenti — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament”

1.                     Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Użu ġenwin — Kunċett — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2)) (ara l-punti 29, 32)

2.                     Trade mark Komunitarja — Preżentata tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja — Identifikazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi kkonċernati mit-trade mark — Użu tal-indikazzjonijiet ġenerali tal-intestaturi ta’ klassijiet tal-klassifikazzjoni ta’ Nice — Obbligu tal-applikant li jippreċiża l-prodotti jew is-servizzi kkonċernati mill-applikazzjoni tiegħu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 43(2) u (3)) (ara l-punti 40, 41)

3.                     Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ legalità (ara l-punt 45)

4.                     Appell — Aggravji — Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali — Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat — Inammissibbiltà (Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(1)(ċ)) (ara l-punt 54)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Reber Holding GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


1 – ĠU C 141, 18.5.2013