Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Frar 2012 - Zavvar vs Il-Kunsill

(Kawża T-69/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Seyed Hadi Zavvar (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy u F. Zaiwalla, Solicitors, D. Wyatt, QC (Queen's Counsel), u R. Blakeley, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

-    tannulla l-punt 22 tat-Tabella A tal-Anness tad-Deċiżjoni 2011/783/PESK2, sa fejn dan japplika għalih;

-    tannulla l-punt 22 tat-Tabella A tal-Anness tar-Regolament Nru 1245/2011, sa fejn dan japplika għalih;

-    tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(b) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/783/PESK, ma japplikax għalih;

-    tiddikjara li l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 961/2010, kif implementat bir-Regolament Nru 1245/2011, ma japplikax għalih u

-    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba' motivi.

1.    Fil-kuntest tal-ewwel motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni

-    li l-kriterji għall-inklużjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2010/413/PESK u fir-Regolament Nru 961/2010 ma humiex sodisfatti f'dan il-każ.

2.    Fil-kuntest tat-tieni motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni

-    li l-adozzjoni ta' miżuri restrittivi kontrih tmur manifestament kontra d-drittijiet fundamentali tiegħu u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll kontra l-prinċipju ta' proporzjonalità.

3.    Fil-kuntest tat-tielet motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni

-    li l-miżuri restrittivi adottati kontrih jiksru l-obbligi proċedurali imposti fuq il-Kunsill kif ukoll id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent.

4.    Fil-kuntest tar-raba' motiv tiegħu, ir-rikorrent isostni

-    li l-Qorti Ġenerali għandha tannulla l-inklużjoni tiegħu, fil-każ fejn din tilqa' r-rikors ippreżentat mill-banek inklużi fil-lista intiż għall-annullament tal-inklużjoni tagħhom stess.

____________

1 - Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta' Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 71)

2 - Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta' Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 319, p. 11)