Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Jannar 2012 - Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-407/09) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Kuntratti dwar il-bejgħ ta' proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta' proprjetà pubblika fi Neubrandenburg - Ilment - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH (Neubrandenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Núñez-Müller u J. Dammann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u K. Gross, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG (Berlin, il-Ġermanja); u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG (Berlin) (rappreżentant: C. von Donat, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra tad-29 ta' Lulju 2009 li tiddikjara li ċerti kuntratti konklużi mill-konvenuta dwar il-bejgħ ta' proprjetà fil-kuntest tal-privatizzazzjoni ta' proprjetà pubblika fi Neubrandenurg ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 87(1) KE u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex jiġi kkonstatat in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Kummissjoni, fis-sens tal-Artikolu 232 KE, sa fejn din ma ħaditx pożizzjoni fuq dawn il-kuntratti abbażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta' Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [88 KE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).

Dispożittiv

Ir-rikros huwa miċħud bħala inammissibbli.

Neubrandenburger Wohnungsgesellschaft mbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni u minn Bavaria Immobilien Beteiligungsgesellschaft mbH & Co. Objekte Neubrandenburg KG u Bavaria Immobilien Trading GmbH & Co. Immobilien Leasing Objekt Neubrandenburg KG.

____________

1 - ĠU C 312, 19.12.2009.