Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Donau Chemie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/09) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE – Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq – Multi – Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ċirkustanzi attenwanti – Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva – Obbligu ta’ motivazzjoni – Trattament ugwali – Proporzjonalità – Kapaċità kontributtiva”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Donau Chemie AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Polster, W. Brugger u M. Brodey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn N. von Lingen u M. Kellerbauer, aġenti, assistiti minn T. Eilmansberger, professur, N. von Lingen u M. Kellerbauer)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 − Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet impost fuqha mill-imsemmija deċiżjoni.DispożittivL-ammont tal-multa impost fuq Donau Chemie AG skont l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 − Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), huwa stabbilit għal EUR 4.35 miljun.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Donau Chemie għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % minn dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn Donau Chemie.