Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Eurocool Logistik vs UASI – Lenger (EUROCOOL)

(Kawża T-599/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EUROCOOL – Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti EUROCOOL LOGISTICS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-servizzi – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Dritt għal smigħ”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Eurocool Logistik GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Secklehner u C. Ofner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment R. Manea, sussegwentement K. Klüpfel, sussegwentement K. Klüpfel u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peter Lenger (Weinheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Pfefferkorn, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Eurocool Logistik GmbH u Peter Lenger

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-14 ta’ Ottubru 2010 (Każ R 451/2010-1) hija annullata sa fejn tikkonċerna s-servizzi, imsemmija fl-applikazzjoni għal trade mark, ta’ “ żvilupp ta’ software għall-ħażna, il-kkummissjonar u t-trasport tal-merkanzija imkessħa u ffriżata”, li jaqgħu taħt il-klassi 42 skont il-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u is-“servizz ta’ aġenziji tas-spedizzjoni”, li jaqgħu taħt il-klassi 39 tal-imsemmi ftehim, kopert bit-trade mark preċedenti.L-oppożizzjoni hija miċħuda sa fejn tikkonċerna s-servizzi msemmija fil-punt 1.Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.Eurocool Logistik GmbH, l-UASI u Peter Lenger għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.L-UASI għandu jbati nofs l-ispejjeż sostnuti minn Eurocool Logistik matul il-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell.