Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Diċembru 2010 - Zenato vs UASI - Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona (RIPASSA)

(Kawża T-595/10)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Alberto Zenato (Verona, l-Italja) (rappreżentant: A. Rizzoli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell: Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona (Verona, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara bħala ammissibbli ir-rikors preżenti flimkien mal-annessi tiegħu

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell sa fejn tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tikkumpensa l-ispejjeż tal-proċedimenti ta' appell

konsegwentement, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "RIPASSA" (Applikazzjoni Nru 106 955), għal prodotti fil-klassi 33

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Camera di Commercio Industria Artigianato e Agricoltura di Verona

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark verbali Taljana "VINO DI RIPASSO" (Nru 528 778), għal prodotti fil-klassi 33.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni kkontestata u rinviju tal-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________