Rikors ippreżentat fis-6 ta' Awwissu 2007 - Barbin vs Il-Parlament
(Kawża F-81/07)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Florence Barbin (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis, A. Coolen u E. Marchal, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma tippromwovix lir-rikorrenti għall-grad AD 12 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2006.
tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li, skond ir-regoli interni tal-Parlament li jirregolaw il-promozzjoni, iż-żmien medju li wieħed jgħaddi fil-grad AD 11 huwa ta' erba' snin. F'dan il-grad sa mill-1 ta' April 2001, ir-rikorrenti laħqet il-livell ta' referenza sabiex tiġi promossa fil-grad AD 12 għall-proċedura ta' promozzjoni ta' l-2006. Barra minn hekk, il-Kumitat ta' Promozzjoni inkluda isimha fil-lista ta' uffiċjali rrakkomandati għal promozzjoni għall-grad imsemmi fis-sena tal-proċedura in kwistjoni.
Skond ir-rikorrenti, l-Awtorità tal-Ħatra ma pprovdiet l-ebda element li jiġġustifika r-rifjut tal-promozzjoni tagħha u għaldaqstant kisret l-obbligu ta' motivazzjoni. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tibbaża ruħha fuq id-deċiżjoni, li hija suġġett tal-kawża F-44/07
1, li r-rikorrenti tiġi attribwita biss punt wieħed ta' mertu. Ir-rikorrenti tinvoka fl-aħħar nett il-ksur ta' l-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej.
____________1 - ĠU C 155, 7.7.2007, p. 45.