Language of document : ECLI:EU:T:2015:302





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 —
Yoshida Metal Industry vs UASI – Pi-Design et

(Rappreżentazzjoni ta’ superfiċje b’tikek suwed)

(Kawżi magħquda T‑331/10 RENV u T‑416/10 RENV)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattivi li jirrappreżentaw superfiċje b’tikek suwed — Raġuni assoluta għal rifjut — Sinjal ikkostitwit esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Kunċett — Sinjali bidimensjonali jew tridimensjonali — Inklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 38, 39)

2.                     Trade mark Komunitarja — Ċessjoni, revoka u invalidità — Raġunijiet assoluti ta’ invalidità — Reġistrazzjoni kuntrarja għall-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament Nru 207/2009 — Trade marks figurattivi li jirrappreżentaw superfiċje b’tikek suwed (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 53, 64-66)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Sinjali kkostitwiti esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarja sabiex jinkiseb riżultat tekniku — Kunċett — Eżistenza ta’ forom oħra li jippermettu li jinkiseb l-istess riżultat tekniku — Assenza ta’ effett fuq ir-raġuni għal rifjut (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(e)(ii)) (ara l-punti 62, 65)

Suġġett

Rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Mejju 2010 (Każijiet R 1235/2008‑1 u R 1237/2008‑1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjonijiet ta’ invalidità bejn Pi-design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, minn naħa, u Yoshida Metal Industry Co. Ltd, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Yoshida Metal Industry Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Pi Design AG, Bodum France u Bodum Logistics A/S, quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.