Language of document : ECLI:EU:T:2012:694

SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Awla tal-Appell)

13 ta’ Diċembru 2012

Kawża T‑595/11 P

A

vs

Il‑Kummissjoni Ewropea

“Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Marda kkaġunata mix-xogħol — Invalidità totali permanenti — Aċċess għall-fajl individwali — Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar — Talba għad-danni”

Suġġett:      Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Settembru 2011, A vs Il‑Kummissjoni (F‑12/09), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Deċiżjoni:      Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-appell sa fejn dan jirrigwarda s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla), tal-14 ta’ Settembru 2011, A vs Il‑Kummissjoni (F‑12/09), sa fejn din tirrigwarda t-talba għal annullament tad-deċiżjoni tat-28 ta’ April 2008 sa fejn din tirrifjuta li tħallas l-allowance provviżorja prevista mill-Artikolu 19(4) tar-regoli komuni u li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 73(2)(b) tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll it-talba għall-kundanna tal-Kummissjoni sabiex tħallas l-allowance prevista minn dan l-artikolu. Il-kumplament tal-appell huwa miċħud. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

Sommarju

1.      Appell — Interess ġuridiku — Eżami ex officio mill-Qorti Ġenerali — Fatt li seħħ wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku li jkun neħħielha n‑natura dannuża tagħha għall-appellant — Appell li ma jistax jagħti benefiċċju — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

2.      Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti — Inammissibbiltà — Stħarriġ mill-Qorti Ġenerali tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi — Esklużjoni ħlief fil-każ ta' żnaturament

(Artikolu 257 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Anness I, Artikolu 11(1))

3.      Appell — Aggravji — Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell — Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 48(2), 139(2) u 144)

4.      Uffiċjali — Sigurtà soċjali — Assigurazzjoni għall-inċidenti u għall-mard ikkaġunat mix-xogħol — Konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol — Aċċess tal-uffiċjal għad-dokumenti fil-fajl mediku — Aċċess indirett — Eċċezzjoni — Dokumenti li għandhom jinsabu wkoll fil-fajl individwali

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 26 u 73; Regoli dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol, Artikolu 16)

5.      Rikorsi tal-uffiċjali — Rikors għad-danni ppreżentat fl-assenza ta’ proċedura prekontenzjuża skont ir-Regolamenti tal-Persunal — Inammissibbiltà

(Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

6.      Rikorsi tal-uffiċjali — Ġurisdizzjoni sħiħa — Possibbiltà li l-istituzzjoni konvenuta tiġi kkundannata ex officio għall-ħlas ta’ kumpens — Natura fakultattiva

(Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91(1))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 35, 41 u 42)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 3 ta’ Settembru 2009, Moser Baer India vs Il‑Kunsill, C‑535/06 P, Ġabra p. I‑7051, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 19 ta’ Jannar 2010, Co-Frutta vs Il‑Kummissjoni, T‑355/04 u T‑446/04, Ġabra p. II‑1, punti 42 u 43

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 76)

Referenza:

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Settembru 2008, Kerstens vs Il‑Kummissjoni, T‑222/07 P, ĠabraSP p. I‑B‑1‑37 u II‑B‑1‑267, punti 60 sa 62 u l-ġurisprudenza ċċitata

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 77)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 18 ta’ Jannar 2007, PKK u KNK vs Il‑Kunsill, C‑229/05 P, Ġabra p. I‑439, punt 61; 27 ta’ Frar 2007, Gestoras Pro Amnistía et vs Il‑Kunsill, C‑354/04 P, Ġabra p. I‑1579, punt 30; 10 ta’ Settembru 2009, Akzo Nobel et vs Il‑Kummissjoni, C‑97/08 P, Ġabra p. I‑8237, punt 38

4.      Fil-kuntest tal-proċedura ta’ rikonoxximent li marda hija kkaġunata mix-xogħol, il-fajl li jservi bħala bażi għat-tobba jew għall-Kumitat Mediku sabiex jevalwaw jekk in-natura ta’ marda hijiex waħda kkaġunata mix-xogħol huwa ta’ natura medika u, għaldaqstant, jista’ jiġi kkonsultat biss indirettament permezz ta’ tabib maħtur mill-uffiċjal. L-elementi ta’ natura amministrattiva, li jistgħu jinsabu f’dan il-fajl u li jista’ jkollhom influwenza fuq l-istatus amministrattiv tal-uffiċjal, għandhom jinsabu wkoll fil-fajl individwali, fejn, skont l-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-uffiċjal ikun jista’ jikkonsultahom direttament. Id-dokumenti kollha sottomessi lit-tobba jew lill-Kumitat Mediku għalhekk jaqgħu taħt l-iskema prevista mir-Regoli dwar l-assigurazzjoni tal-uffiċjali għar-riskji ta’ inċidenti u ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol u, għaldaqstant, l-inklużjoni ta’ wħud minn dawn id-dokumenti fil-fajl individwali tal-uffiċjal kif ukoll il-possibbiltà, għal dan tal-aħħar, li jieħu konjizzjoni tagħhom huma neċessarji biss jekk dawn id-dokumenti jintużaw għall-evalwazzjoni jew għall-modifika tal-istatus amministrattiv tal-uffiċjal mill-istituzzjoni li jappartjeni għaliha.

(ara l-punt 89)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 1 ta’ Ottubru 1991, Vidrányi vs Il‑Kummissjoni, C‑283/90 P, Ġabra p. I‑4339, punti 24 u 25

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 110 sa 113 u 118)

Referenza:

Il-Qorti tal-Ġustizzja: 22 ta’ Ottubru 1975, Meyer-Burckhardt vs Il‑Kummissjoni, 9/75, Ġabra p. 1171, punti 10 u 11; 19 ta’ Novembru 1981, Fournier vs Il‑Kummissjoni, 106/80, Ġabra p. 2759, punti 15 sa 18; 7 ta’ Ottubru 1987, Schina vs Il‑Kummissjoni, 401/85, Ġabra p. 3911, punt 9

Il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea: 8 ta’ Ottubru 1992, Meskens vs Il‑Parlament, T‑84/91, Ġabra p. II‑2335, punt 33; 28 ta’ Jannar 1993, Piette de Stachelski vs Il‑Kummissjoni, T‑53/92, Ġabra p. II‑35, punt 18; 15 ta’ Lulju 1993, Camara Alloisio et vs Il‑Kummissjoni, T‑17/90, T‑28/91 u T‑17/92, Ġabra p. II‑841; 15 ta’ Lulju 1993, Camera-Lampitelli et vs Il‑Kummissjoni, T‑27/92, Ġabra p. II‑873, punt 28; 1 ta’ Diċembru 1994, Ditterich vs Il‑Kummissjoni, T‑79/92, ĠabraSP p. I‑A‑289 u II‑907, punt 40; 28 ta’ Ġunju 1996, Y vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja, T‑500/93, ĠabraSP p. I‑A‑335 u II‑977 ; 6 ta’ Novembru 1997, Liao vs Il‑Kunsill, T‑15/96, ĠabraSP p. I‑A‑329 u II‑897, punt 27; 24 ta’ Marzu 1998, Meyer et vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja, T‑181/97, ĠabraSP p. I‑A‑151 u II‑481, punt 22; 26 ta’ Novembru 1999, Giegerich vs Il‑Kummissjoni, T‑253/97, ĠabraSP p. I‑A‑233 u II‑1177, punt 18; 17 ta’ Mejju 2006, Marcuccio vs Il‑Kummissjoni, T‑241/03, ĠabraSP p. I‑A‑2‑111 u II‑A‑2‑517, punt 52; 11 ta’ Diċembru 2007, Sack vs Il‑Kummissjoni, T‑66/05, ĠabraSP p. I‑A‑2‑229 u II‑A‑2‑1487, punt 35


6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 122)