Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

(Kawża T-188/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Neuner u S. Walter, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-24 ta’ Jannar 2014, mogħtija fil-Każ R 739/2013-5.Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “GentleCare” għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 102 522Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalmentDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ) u 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.