Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2014 – Sonova Holding vs UASI (Flex)

(Kawża T-187/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sonova Holding AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Hawkes, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 357/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipaliTrade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Flex” għal prodotti fil-klassi 10 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 866 887Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni kkunsidrata mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoniDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) u tal-Artikolu 7(2) tal-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja