Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 21 ta’ Jannar 2015 – Grundig Multimedia vs UASI (GentleCare)

(Kawża T-188/14) 1

[“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GentleCare – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 Jannar 2014 (Każ R 739/2013-5), li tikkonferma ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali GentleCare bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.