Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Atlantic Multipower Germany vs UASI – Nutrichem Diät + Pharma (NOxtreme)

(Kawża T-186/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali NOxtreme – Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti X-TREME – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Berlit, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: – Nutrichem Diät + Pharma GmbH (Roth, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Jochim u R. Egerer, avukati)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 764/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG u Nutrichem Diät + Pharma GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 142, 12.5.2014.