Language of document : ECLI:EU:T:2015:754





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 – Atlantic Multipower Germany vs UASI – Nutrichem Diät + Pharma (NOxtreme)

(Kawża T‑186/14)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali NOxtreme – Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti X-TREME – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 – Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Eżami tat-talba – Prova tal-użu tat-trade mark preċedenti – Saħħa probatorja tal-provi – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 57(2) u (3)) (ara l-punti 25, 26)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 37, 38)

3.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark verbali NOxtreme u trade marks figurattivi X-TREME (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a)) (ara l-punti 44, 45, 57, 65, 66)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 764/2013‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG u Nutrichem Diät + Pharma GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Atlantic Multipower Germany GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.