Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2016 – Bank Mellat vs Il-Kunsill

(Kawża T-160/13) 1

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran — Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni — Inċidenza diretta — Interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Garanziji legali msemmija fl-Artikolu 215(3) TFUE — Ċertezza legali — Projbizzjoni tal-arbitrarjetà — Ksur tad-drittijiet fundamentali”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Mellat (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Zaiwalla, P. Reddy, F. Zaiwalla, Z. Burbeza, A. Meskarian, solicitors, D. Wyatt, QC, R. Blakeley u G. Beck, barristers, sussegwentement minn S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, A. Meskarian, D. Wyatt, R. Blakeley u G. Beck)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tal-parti konvenuta : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gauci u M. Konstantinidis, aġenti); u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Behzadi Spencer, L. Christie u C. Brodie, sussegwentement minn C. Brodie u V. Kaye, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(15) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1263/2012 tal-21 ta’ Diċembru 2012 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran Regolament (ĠU L 356, p. 34), jew l-annullament tal-imsemmija dispożizzjoni sa fejn ma tipprevedix eċċezzjoni li tapplika għal każ tar-rikorrent u talba għal dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Bank Mellat għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.