Language of document :

Rikors ippreżentat fl-10 ta' April 2012 - CHEMK u KF vs Il-Kunsill

(Kawża T-169/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) (Chelyabinsk, ir-Russja); u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (Novokuznetsk, ir-Russja) (rappreżentant: B. Evtimov, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 60/2012 tas-16 ta' Jannar 2012 li jtemm ir-reviżjoni interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 tal-miżuri tal-antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' ferrosilikon li joriġinaw, inter alia, fir-Russja (ĠU L 22, p. 1), sa fejn taffettwa lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż inkorsi f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt

li l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 11(9) fir-rigward tal-Artikolu 2(12) ta' "ir-Regolament bażiku"  billi naqsu li jistabbilixxu l-ammont tal-marġni tad-dumping tar-rikorrenti. Barra dan, jew sussidjarjament, l-istituzzjonijiet wettqu żball ta' liġi u eċċedew il-marġini ta' diskrezzjoni tal-poteri tagħhom fil-valutazzjoni prospettiva skont l-Artikolu 11(3) billi ippermettew il-konklużjonijiet dwar in-natura dejjiema taċ-ċirkustanzi mibdula biex jiġu inklużi fil-konklużjonijiet tad-dumping, li jivvizzjaw il-konklużjonijiet dwar il-marġini mibdula tad-dumping fl-eżami interim u jestendu l-ambitu tal-analiżi tat-tkomplija ta' dumping sabiex tkopri/taffettwa l-konklużjonijiet tal-marġini ta' dumping. Fl-aħħar nett, l-istituzzjonijiet kisru d-drittijiet ta' difiża tar-rikorrenti fir-rigward tad-dumping billi naqsu milli jiżvelaw il-kalkolu finali tagħhom ta' dumping lir-rikorrenti.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt

li l-istituzzjonijiet wettqu żball manifest ta' evalwazzjoni meta kkunsidraw li aġġustament għal SG&A spejjeż u profitt ta' RFAI kellha issir fil-prezz ta' esportazzjoni tar-rikorrenti u fil-konklużjoni relatata li r-rikorrenti u RFAI ma kinux jikkostitwixxu entità ekonomika waħda.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt

li l-istituzzjonijiet kisru t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(3), u/jew wettqu żbalji manifesti ta' evalwazzjoni meta kkunsidraw li ma kienx hemm bidla dejjiema ta' ċirkustanzi fir-rigward tal-marġini mnaqqas tad-dumping tar-rikorrenti.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta' Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea ("ir-Regolament Bażiku") (ĠU L 343, p. 51)