Rikors ippreżentat fl- 10 ta' April 2012 - Beyond Retro vs UASI - S&K Garments (BEYOND VINTAGE)
(Kawża T-170/12)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Beyond Retro Ltd (London, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: S&K Garments, Inc. (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mir-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) fil-31 ta' Jannar 2012 fil-Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4; u
tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra fil-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: Reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali "BEYOND VINTAGE" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 14, 18 u 25 - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru W 994046
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali "BEYOND RETRO", irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 5629035 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell ippreżentat mir-rikorrenti fil-Każ R 548/2011-4 miċħud u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni fil-Każ R 493/2011-4 annullata
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________