Language of document : ECLI:EU:T:2014:238





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014–

Beyond Retro vs OHMI – S&K Garments (BEYOND VINTAGE)

(Kawża T‑170/12)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea – Trade mark verbali BEYOND VINTAGE – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BEYOND RETRO – Raġuni assoluta għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 21, 22, 46, 79)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade marks verbali BEYOND VINTAGE u BEYOND RETRO (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 24, 26, 44, 81, 84)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati – Natura komplementari tal-prodotti – Ħwejjeġ, żraben u xedd ir-ras li jaqgħu fil-klassi 25 skont il-Ftehim ta’ Nice u ġojjellerija, biġotterija, ħaġar prezzjuż u arloġġi li jaqgħu fil-klassi 14 skont l-imsemmi ftehim (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 30, 32-35, 38-41)

4.                     Trade mark Komunitarja – Dispożizzjonijiet proċedurali – Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 – Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75) (ara l-punti 87, 88, 92)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011‑4 u R 548/2011‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beyond Retro Ltd u S&K Garments, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011‑4 u R 548/2011‑4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-prodotti koperti bit-trade mark verbali BEYOND VINTAGE li jaqgħu fil-klassijiet 18 u 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Beyond Retro Ltd għandha tħallas terz mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L‑UASI għandu jbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.