Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill

(Kawża T-199/04 RENV) 1

(“Dumping – Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan – Interess ġuridiku – Ftuħ tal-investigazzjoni – Valur normali maħdum – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smiegħ waqt intervista – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni – Rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni – Aġġustament – Dannu – Rabta kawżali – Dritt tal-ODK”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gul Ahmed Textile Mills Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat, u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Gul Ahmed Textile Mills Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 ĠU C 217, 28.8.2004.