Language of document : ECLI:EU:T:2016:740





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ Diċembru 2016 – Gul Ahmed Textile Mills vs Il-Kunsill

(Kawża T-199/04 RENV)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġina mill-Pakistan – Interess ġuridiku – Ftuħ tal-investigazzjoni – Valur normali maħdum – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smiegħ waqt intervista – Paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni – Rifużjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni – Aġġustament – Dannu – Rabta kawżali – Dritt tal-ODK”

1.      Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Kunċett – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Interess li għandu jkompli jeżisti sal-għoti tad-deċiżjoni ġudizzjarja – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq ir-rikorrent – Rikors ippreżentat kontra regolament li jimponi dazji antidumping – Skadenza tad-dazji antidumping fil-mori tal-kawża

(Artikolu 263 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (2015), Artikolu 131(1); Regolament tal-Kunsill Nru 397/2004)

(ara l-punti 45-60)

2.      Ftehimiet internazzjonali – Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – Gatt tal-1994 – Impossibbiltà li jiġu invokati l-ftehimiet tal-ODK sabiex tiġi kkontestata l-legalità ta’ att tal-Unjoni – Eċċezzjonijiet – Att tal-Unjoni intiż li jiżgura l-eżekuzzjoni tiegħu jew li jirreferi għalih espressament u preċiżament

(ara l-punti 71, 72)

3.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Ftuħ tal-investigazzjoni – Kundizzjonijiet – Provi suffiċjenti tal-eżistenza ta’ dumping u tad-dannu relatat miegħu – Natura suffiċjenti tal-informazzjoni li tinsab fl-ilment – Obbligi tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni tal-imsemmija informazzjoni – Portata – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim antidumping tal-GATT tal-1994 – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikoli 5.1 sa 5.9; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1972/2002, Artikolu 5)

(ara l-punti 88-107, 115-117)

4.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Abolizzjoni tad-dazji antidumping preċedenti u tad-dazji doganali normali fil-kuntest tas-sistema ta’ preferenzi ġeneralizzati tat-tariffa – Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1972/2002, Artikolu 3(7))

(ara l-punti 107, 173)

5.      Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rekwiżiti analogi għall-ilmenti invokati insostenn ta’ motiv – Rekwiżiti analogi għar-repliki – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikoli 44(1)(ċ), u 47(1))

(ara l-punti 108, 110, 111)

6.      Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Produzzjoni tardiva tal-offerti ta’ prova – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali (1991), Artikolu 48(1))

(ara l-punti 109, 168)

7.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li twettaq analiżi konvinċenti tal-fatturi pożittivi u negattivi – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 3.4; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1972/2002, Artikolu 3(2), (3) u 5)

(ara l-punti 135-140, 142-149)

8.      Rikors għal annullament – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Sostituzzjoni tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikoli 263 TFUE u 264 TFUE)

(ara l-punti 141, 161)

9.      Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Setgħa diskrezzjonali – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1972/2002, Artikolu 3(7))

(ara l-punti 156-160, 162-164, 169, 170)

10.    Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Obbligi tal-istituzzjonijiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi mhux relatati mad-dumping – Obbligu ġenerali tal-Kummissjoni li teżamina kollettivament l-effetti tal-fatturi l-oħra ta’ kawżalità – Assenza

(Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-ftehim ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “ftehim antidumping tal-1994”, Artikolu 3.5; Regolament tal-Kunsill Nru 384/96, kif emendat bir-Regolament Nru 1972/2002, Artikolu 3(7))

(ara l-punti 178, 179)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 397/2004, tat-2 ta’ Marzu 2004 li jimponi dazju kontra d-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ friex tas-sodda tal-qoton li joriġinaw mill-Pakistan (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 50, p. 26), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gul Ahmed Textile Mills Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.