Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 - Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-196/04)1

(Għajnuna mill-Istat - Ftehim konklużi mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport mal-kumpannija tal-ajru Ryanair - Eżistenza ta' vantaġġ ekonomiku - Applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat f'ekonomija tas-suq)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: inizjalment D. Gleeson, A. Collins, SC, V. Power u D. McCann, solicitors, u sussegwentement V. Power, D. McCann, solicitors, J. Swift, QC, J. Holmes, barrister, u G. Berrisch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Kahn, aġent)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: Association of European Airlines (AEA) (rappreżentanti: S. Völcker, F. Louis u J. Heithecker, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta' Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpannija tal-ajru Ryanair meta hija stabbilixxiet ruħha f'Charleroi (ĠU L 137, p. 1),

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/393/KE tat-12 ta' Frar 2004 dwar il-vantaġġi mogħtija mir-Reġjun tal-Vallonja u Brussels South Charleroi Airport lill-kumpannija tal-ajru Ryanair meta hija stabbilixxiet ruħha f'Charleroi hija annullata.

2)    Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk ta' Ryanair Ltd.

3)    L-Association of European Airlines (AEA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 228, 11.9.2004.