Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta̕ April 2013 – Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-52/11) 1

(“FSE – Azzjoni ta’ taħriġ – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija – Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 – Preskrizzjoni – Ċertezza legali – Drittijiet tad-difiża – Terminu raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Ottubru 2010, li tistabbilixxi l-ammont finali tal-ispejjeż eliġibbli għall-għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal azzjonijiet ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni Nru C (89) 0570, tat-22 ta’ Marzu 1989, għall-finanzjament ta’ azzjoni ta’ taħriġ (fajl 89 0979 P3).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.