Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 taʼ April 2013 – Aecops vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-51/11) 1

[“FSE – Skema ta’ taħriġ – Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja inizjalment mogħtija – Regolament (KE, Euratom) Nru°2988/95 – Preskrizzjoni – Ċertezza legali – Drittijiet tad-difiża – Terminu raġonevoli – Obbligu ta’ motivazzjoniˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: (Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) (Lisbona il-Portugall) (rappreżentanti: inizjalment J. da Cruz Vilaça u L. Pinto Monteiro, sussegwentement L. Pinto Monteiro, P. Farinha Alves u N. Morais Sarmento, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2010 li tistabbilixxi l-ammont finali tan-nefqa eliġibbli tal-għajnuna mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti għal azzjonijiet ta’ taħriġ permezz tad-Deċiżjoni Nru C(88) 831, tad-29 taʼ April 1988, għall-finanzjament taʼ skema taʼ taħriġ (Fajl 88 0369 P1).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Associação de Empresas de Construção e Obras Públicas e Serviços (Aecops) hija kkundannata għall-ispejjeż.