Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta' Novembru 2008 - Longevity Health Products vs UASI - Merck (Kids Vits)

(Kawża T-484/08)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Longevity Health Products, Inc. (Nassau, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Merck KGaA (Darmstadt, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrent

tiddikjara ammissibbli r-rikors tal-kumpannija Longevity Health Products, Inc.,

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tat-28 ta' Awwissu 2008 u tirrifjuta l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' invalidità mressqa minn Merck KgaA kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 979 143, u

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Kids Vits" fir-rigward ta' prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta' trade mark Komunitarja Nru 3 979 143)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Merck KGaA

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "VIDS4KIDS" fir-rigward ta' prodotti fil-klassi 5 (Reġistrazzjoni ta' trade mark Nru 3 128 196)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament KE Nru 40/94 1 peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks konfliġġenti.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).