Language of document : ECLI:EU:T:2009:486





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2009 – Longevity Health Products vs UASI – Merck (Kids Vits)

(Kawża T‑484/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Kids Vits – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VITS4KIDS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 716/2007‑4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Merck KGaA u Longevity Health Products, Inc.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Longevity Health Products, Inc.

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Kids Vits għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 3979143

Proprjetarju tat-trade mark jew tas‑sinjal invokat insostenn tal‑oppożizzjoni:

Merck KGaA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark verbali VITS4KIDS għal prodotti fil-klassi 5 (Trade mark Komunitarja Nru 3128196)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal‑Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)     Ir-rikors huwa miċħud.

2)     Longevity Health Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.