Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta' Awwissu 2008 - Pepito Pesca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/08)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Pepito Pesca Srl (Vibo Valentia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Maiorana, avukat, A. De Matteis, avukat, A. De Francesco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 530/2008, tat-12 ta' Ġunju 2008, ippubblikat fil-ĠU L 155 tat-13 ta' Ġunju 2008.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk li ġew invokati fil-Kawża T-313/08 Veromar di Tudisco Alfio & Salvatore S.n.c vs Il-Kummissjoni.

____________