Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Diċembru 2011 - Aktieselskabet af 21. november 2001 vs UASI - Parfums Givenchy (only givenchy)
(Kawża T-586/10)
["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva only givenchy - Trade marks verbali Komunitarji u nazzjonali preċedenti ONLY - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009"]
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Aktieselskabet af 21. november 2001 (Brande, id-Danimarka) (rappreżentant: C. Barrett Christiansen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Parfums Givenchy SA (Levallois-Perret, Franza)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Ottubru 2010 (Każ R 1556/2009-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Aktieselskabet af 21. november 2001 u Parfums Givenchy SA.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Aktieselskabet af 21. november 2001 hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 80, 12.03.2011.