Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta' Lulju 2012 - Interspeed vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-587/10)
["Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Relazzjonijiet esterni - Sejħa għal offerti maħruġa mill-EAR li tikkonċerna xogħol fuq il-fruntiera ta' Preševo (Is-Serbja), il-finanzjament għal dan ix-xogħol u miżuri oħra relatati
- Nuqqas ta' rabta kawżali"]
Lingwa tal-kawża: l-Islovakk
Partijiet
Rikorrenti: Holding kompanija Interspeed a.d. (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: M. Bošnjak, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u B. Rous, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens għad-danni li allegatament irriżultaw minn xogħol imwettaq fuq il-fruntiera ta' Preševo (is-Serbja) skont kuntratt iffinanzjat mill-EAR.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
Holding kompanija Interspeed a.d. għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
____________1 - ĠU C 89, 19.3.2011.