Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2010 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella)
(Kawża T-326/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas 7 ta' Ġunju 2010, fil Każ R 188/2010-4;
tikkundanna lill-Uffiċċju għall Armonizzazzjoni fis-Suq Intern għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru deskrittiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni d-diversi argumenti ta' fatt u ta' dritt li ġew ippreżentati mir rikorrenti
____________1 - Regolament tal Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas 26 ta' Frar 2009, dwar it trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).