Rikors ippreżentat fit-23 ta' Marzu 2012 - Spa Monopole vs UASI - Orly International (SPARITUAL)
(Kawża T-131/12)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Spa Monopole, compagnie fermière de Spa SA/NV (Spa, il-Belġju) (rappreżentanti: L. De Brouwer, E. Cornu u É. De Gryse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Orly International, Inc. (Van Nuys, l-Istati Uniti)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta' Jannar 2012, fil-Każ R 2396/2010-1;
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SPARITUAL" għal prodotti fil-klassi 3 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3631884
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjonijiet Benelux tat-trade marks verbali "SPA" u "Les Thermes de Spa" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 32 u 42
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-reputazzjoni tat-trade mark verbali "SPA" fil-klassi 32, u ksur tal-Artikolu 8(5) tal-imsemmi Regolament Nru 207/2009 fl-evalwazzjoni tar-riskju ta' vantaġġ indebitu miksub mir-reputazzjoni tat-trade mark "SPA".
____________