Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta' Mejju 2012 - Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/12R)
("Miżuri provviżorji - Għajnuna finanzjarja - Riċerka u żvilupp - Irkupru ta' somom imħallsa bil-quddiem - talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ksur tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibiltà")
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-att tal-Kummissjoni, trażmessa b'ittra tat-13 ta' Jannar 2012, li tirrevoka diversi sussidji mogħtija lir-rikorrenti.
Dispożittiv
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.
L-ispejjeż huma rriżervati.
____________