Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2013 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/12) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Provvista ta’ servizzi ta’ sostenn għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tal-informatika u ta’ servizzi ta’ eGovernment fl-Albanija – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Trasparenza – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u M. Konstantinidis, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL.DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS/cms D(2012)/00008, tat-8 ta’ Frar 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa minn European Dynamics Luxembourg SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE fil-kuntest tas-sejħa għal offerti limitata EuropAid/131431/C/SER/AL hija annullata.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.