Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2012 - ABC-One vs UASI (SLIM BELLY)

(Kawża T-61/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH (Villach St. Magdalen, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Merz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-17 ta' Novembru 2011 fil-Każ R 1077/2011-1 li għandha bħala suġġett applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "SLIM BELLY" bħala trade mark Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SLIM BELLY" (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 576 811) għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 28, 41 u 44

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009, peress li t-trade mark inkwistjoni kienet distintiva sew u ma kinitx deskrittiva tal-prodotti u servizzi inkwistjoni.

____________