Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Ġunju 2012 - Strack vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-65/12 P)

("Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Dgriet tar-rinviju - Deċiżjoni li ma tistax tkun is-suġġett ta' appell - Appell manifestament inammissibbli")

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla), tas-7 ta' Diċembru 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05 RENV, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta' dan id-digriet.

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

Guido Strack għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta' din l-istanza.

____________

1 - ĠU C 118, 21.04.2012.