Language of document : ECLI:EU:T:2012:579

Kawża T‑63/12

Oil Turbo Compressor Co. (Private Joint Stock)

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Obbligu ta’ motivazzjoni”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2012

1.      Unjoni Ewropea — Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Portata tal-istħarriġ — Esklużjoni tal-elementi li mressqa quddiem l-istituzzjoni sussegwentement għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata

(Direttiva tal-Kunsill 75/442, kif emendata bid-deċiżjoni 2011/783)

2.      Unjoni Ewropea — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi li jipparteċipaw fi jew li jsostnu l-proliferazzjoni nukleari — Kumpannija li, fid-deċiżjoni ta’ ffriżar tal-fondi tagħha, ġiet ikklassifikata bħala fergħa ta’ waħda minn dawn l-entitajiet — Kumpannija li kienet biegħet l-azzjonijiet tagħha qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni — Annullament tad-deċiżjoni fir-rigward tagħha

(Direttiva tal-Kunsill 2010/413, kif emendata bid-deċiżjoni 2011/783)

1.      L-istħarriġ ġudizzjarju tal-legalità ta’ att li bih ikunu ġew adottati miżuri restrittivi fir-rigward ta’ entità jestendi għall-evalwazzjoni tal-fatti u taċ-ċirkustanzi invokati sabiex jiġġustifikawh, kif ukoll għall-verifika tal-provi u tal-informazzjoni li tkun ibbażata fuqhom din l-evalwazzjoni.

Din il-legalità tista’ tiġi evalwata biss fuq il-bażi tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi li fuqhom kienet adottata d-deċiżjoni u mhux fuq il-bażi ta’ elementi li jkunu tressqu quddiem l-istituzzjoni wara l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, u dan anki jekk din tal-aħħar tkun tal-fehma li l-elementi msemmija setgħu jservu ta’ bażi valida għall-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ma tistax tagħmel sostituzzjoni tal-motivi li fuqhom tkun ibbażata din id-deċiżjoni.

(ara l-punti 18, 29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 20-27)