Language of document : ECLI:EU:T:2013:116





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013 — Henkel u Henkel Franza vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑64/12)

“Rikors għal annullament — Talba intiża għat-trażmissjoni lill-Awtorità tal-kompetizzjoni Franċiża ta’ ċerti dokumenti li jifformaw parti mill-fajl tal-Kummissjoni dwar proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni li jirrigwardaw is-suq Ewropew tal-produtturi tad-deterġenti domestiċi — Użu fil-kuntest ta’ proċeduri nazzjonali dwar is-settur tad-deterġenti fi Franza — Assenza ta’ interess ġuridiku — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Interess ġuridiku — Neċessità ta’ interess reali u attwali — Rikors ippreżentat kontra ittra tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tilqa’ talba għat-trażmissjoni ta’ dokumenti mitluba sabiex jintużaw fi proċedura quddiem l-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni — Deċiżjoni tal-imsemmija awtorità li ttieħdet sussegwentement u li tqis li dawn id-dokumenti ma humiex rilevanti sabiex tittieħed id-deċiżjoni — Tmiem tal-interess ġuridiku — Ipoteżi ta’ azzjoni eventwali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità — Assenza ta’ effett (Artikolu 263(4) TFUE) (ara l-punti 36, 40, 56-60, 62, 65-67)

2.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 37, 38)

3.                     Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Dritt ta’ aċċess pubbliku għal dokumenti — Regolament Nru 1049/2001 — Talba għal aċċess għal dokumenti diġà fil-pussess ta’ min iressaq it-talba u intiża li jinkisbu kopji mingħajr l-obbligu ta’ nuqqas ta’ żvelar — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Assenza (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1049/2001, Artikoli 2(1) u (2), u 10(1), (2) u (3)) (ara l‑punti 46-48)

4.                     Rikors għal annullament — Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni — Talbiet intiżi li tinkiseb ordni indirizzata lil istituzzjoni — Inammissibbiltà (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 71)

5.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promoter — Rekwiżiti proċedurali — Formulazzjoni tat-talbiet tar-rikors

6.                     — Formulazzjoni ċara u preċiża — Assenza — Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(d)) (ara l-punt 73)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab f’ittra tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2011 (Każ COMP/39.579 — Deterġenti domestiċi — u Każ 09/0007 F) li permezz tagħha din irrifjutat li tilqa’ t-talba tar-rikorrenti intiża għat-trażmissjoni lill-Awtorità tal-kompetizzjoni (Franza), fil-kuntest tal-Każ 09/0007 F dwar is-settur Franċiż tad-deterġenti, ta’ diversi dokumenti prodotti fil-Każ COMP/39.579 u, min-naħa l-oħra, talba intiża sabiex il-Qorti Ġenerali tordna lill-Kummissjoni tawtorizza lir-rikorrenti jinvokaw id-dokumenti inkwistjoni fil-proċeduri quddiem l-Awtorità tal-kompetizzjoni jew quddiem il-qorti Franċiża kompetenti fil-kuntest ta’ rikors kontra d-deċiżjoni tagħha u tieħu kull miżura xierqa oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ta’ Unilever PLC u ta’ Unilever NV.

3)

Henkel AG & Co. KGaA u Henkel France għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.