Language of document : ECLI:EU:T:2013:226





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2013 — ABC-One vs UASI (SLIM BELLY)

(Kawża T‑61/12)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SLIM BELLY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 17, 18, 36, 37)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Trade mark verbali SLIM BELLY (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b)) (ara l-punti 20, 21, 24, 25, 42)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Kunċett — Neoloġiżmi komposti minn elementi deskrittivi ta’ karatteristiċi ta’ prodotti jew servizzi kkonċernati — Inklużjoni fl-assenza ta’ karattru inabitwali tat-taħlita (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 23)

4.                     Trade mark Komunitarja — Dispożizzjonijiet proċedurali — Eżami ex officio tal-fatti — Portata — Obbligu li tiġi stabbilita l-eżattezza tal-fatti magħrufa — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76(1)) (ara l-punt 28)

5.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1) u 75) (ara l-punt 33)

6.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott — Evalwazzjoni tal-karattru deskrittiv ta’ sinjal — Kriterji (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punt 38)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Novembru 2011 (Każ R 1077/2011‑1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SLIM BELLY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ABC-One Produktions- und Vertriebs GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.