Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta' Jannar 2012 - Storck vs UASI - RAI (Ragolizia)
(Kawża T-462/09)
"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Ragolizia - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti FAVOLIZIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009"
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider, aġent)
Partijiet oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Radiotelevisione italiana SpA (RAI) (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Settembru 2009 (Każ R 1779/2008-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Radiotelevisione italiana SpA (RAI) u August Storck KG.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 11, 16.1.2010